Kull dikjarazzjoni ta’ indipendenza minn Katalunja mhu se jkollha l-ebda effett.
Dan qalu l-Prim Ministru Spanjol, Marian Rajoy li qal li mhux jeskludi li jissospendi l-awtonomija tar-reġjun.
Rajoy ċahad ukoll kull forma ta’ medjazzjoni biex tkun solvuta l-kriżi.
Aktar kmieni, eluf ta’ persuni ngħaqdu madwar il-pajjiż għall-unità Spanjola.
Id-dimostrazzjonijiet kienu bi tweġiba għar-referendum ikkontestat tal-Ħadd li għadda, dwar l-indipendenza Katalana.