Fil-Qorti tal-Familja ġiet inawgurata kamra għall-video conferencing li għandha l-ħsieb toffri protezzjoni akbar lil dawk l-aktar vulnerabbli, b’mod partikolari nisa u tfal.
Din toffri faċilità li ċertu xhieda meqjusa vulnerabbli, jixhdu f’din il-kamra minflok fl-awla fil-preżenza tal-akkużat.
Fl-istess waqt, l-akkużat xorta jkollu dritt li jsaqsi d-domandi tiegħu mill-awla.
Sa issa kienu biss żewġ awli li kellhom il-faċilità ta’ video conferencing iżda issa dan ġie estiż għall-Qrati kollha tal-Maġistrati.
F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis spjegat li dan kien pass importanti biex jiġu protetti x-xhieda fl-istess waqt li tiġi assigurata l-integrità fil-proċess għaliex ix-xhud ma jiddejjaqx jixhed.
Dan se jaċċerta proċess ġudizzjarju ġust li jipproteġi l-vulnerabbli, fl-istess waqt li jagħti garanzija kostituzzjonali għaliex l-akkużat se jkollu d-drittijiet tiegħu mħarsa wkoll.
Intant, ġranet ’il bogħod minn Jum il-Mara, il-Prim Imħallef innota b’sodisfazzjon li 57% tal-impjegati fl-aġenzija tal-Qrati, jew 236, huma nisa.