“F’isem il-komunità Musulmana f’Malta, nikkundannaw l-attakk kriminali terroristiku li seħħ f’Westminster.”
Hekk kiteb fi stqarrija l-Imam Mohammad El Sadi, wara l-attakki tal-bieraħ li ħallew erba’ mejta barra l-Parlament Ingliż. “Irrispettiavament mill-identità jew ideoloġija ta’ min wettaq l-attakki u irrispettivament mir-raġunijiet tiegħu jew tagħhom, dan l-attakk salvaġġ kien immirat lejn nies innoċenti, irrispettivament mir-reliġjon jew nazzjonalità tagħhom” kiteb l-Imam.
Żied jgħid li jikkonsidra kull attakk kontra l-Ewropa bħala attakk kontra l-Musulmani li jgħixu fl-Ewropa.
“Din hija theddida serja lill-Musulmani li jgħixu fil-paċi f’pajjiżi differenti mal-Ewropa. It-terroriżmu huwa l-għadu tal-Iżlam” kiteb l-Imam.