Kulħadd mistieden għall-quddiesa tat-tieġ ta’ Bjorn u Maria nhar is-Sibt li ġej fis-18:30 fil-Knisja Parrokjali tal-Ħad-Dingli!
Permezz tal-paġna Facebook li l-koppja ħolqu għat-tieġ, bl-isem Bjorn & Maria’s Wedding in aid of ALS Malta, qed jistiednu lill-pubbliku jagħmel donazzjoni lill-ALS Malta.
Il-koppja semmat leħinha wara li Bjorn instab li għandu l-ALS, marda kronika u terminali li mhux qed taqtalu qalbu milli jagħmel kuraġġ lill-ħaddieħor.