Il-BEACTIVE Night qed tiġi organiżżata għall-ewwel darba u ser issir fil-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop nhar is-Sibt 29 ta’ Settembru mis-6:00 ta’ filgħaxija sa nofs illejl.
Kulħadd qed ikun imħeġġeġ li jattendi u jipparteċipa fil-ħafna attivitajiet li huma mmirati għal kull eta’ irrelevanti mill-abbilta’ sportiva tagħhom. Filwaqt li hemm tliet attivitajiet li għalihom trid issir reġistrazzjoni minn qabel fuq is-sit elettroniku ta’ SportMalta, l-attivitajiet l-oħra kollha huma miftuħa għall-pubbliku li ser jattendi. It-tliet attivitajiet li għalihom jeħtieġ reġistrazzjoni minn qabel huma it-3×3 Basketball, il-Fitness Challenge u l-Youth Triathlon.
Dawk kollha preżenti jistaw jipparteċipaw fil-Line Dancing, Fitness Classes, Yoga u Pilates kif ukoll is-6 Challenge li matulhom ser jitqassmu wkoll ħafna affarijiet bil-logo tal-BEACTIVE. Ikun hemm ukoll Special Olympics kif ukoll tournament tal-futboll għal tfal taħt is-16 il-sena.
Matul l-attivita ser ikun hemm esebizzjoni tal-Capoeira, show tal-BMX kif ukoll Flash Mobs taż-żfin.
Il-lejla tiġi fi tmiema b’Fitness Party kbir.
Il-parking m’għandux ikun problema u wieħed jista juża l-car park tal-Kulleġġ San Benedettu u hekk kif jidħol fl-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop ikun jista jammira l-esebizzjoni ta’ karozzi klassiċi. Waqt is-serata ikun hemm ukoll bejgħ ta’ ikel u xorb nutrittiv.
Din l-attivita’ tifforma parti mill-Ġimgħa Ewropeja ddedikata għall-Isport organiżżata minn SportMalta bil-kollaborazzjoni ta’ l-Għaqda Ġurnalisti Sport.