“Morning after pill” – tliet kelmiet li l-internet xiegħel bihom.
Ilbieraħ mitt mara ressqet protest ġudizzjarju kontra l-istat biex jitolbu li f’pajjiżna tidħol il-kontraċezzjoni ta’ emerġenza. Il-fondazzjoni tad-drittijiet tan-nisa saħqu li d-drittijiet tagħhom qed ikunu imminati.
Il-Women for Life dalgħodu rreaġixxew u qalu li l-aċċessbilità għall-Morning After Pill twassal biex l-“iżbalji” jittranġaw faċilment billi wieħed jirrikkorri għal din il-kontraċezzjoni. Argumentaw li f’pajjiżi oħra, fejn l-użu ta’ din il-kontraċezzjoni hija waħda faċli, twassal għal iżjed stupru, u tippermetti lil min ikun wettaq l-abbuż biex jgħatti r-reat tiegħu biha.
Hawn, qam rebus.
Oħrajn iddikjaraw b’mod apert li jaqblu mal-morning after pill.
Iżda mhux kulħadd jaħsibha l-istess, wisq inqas fuq dan is-suġġett.
Hemm min la huwa favur u lanqas kontra, iżda jemmen biss fid-dritt tal-għażla.
Oħrajn jemmnu li l-pillola tal-għodwa ta’ wara għandha tittieħed biss f’ċertu ċirkostanzi.
Is-suġġett, għalkemm uħud malajr esprimew l-opinjoni tagħhom, huwa wieħed mediku, psikoġiku u etiku. Kien hemm min uża l-internet biex jispjega ċertu kunċetti.