Kuċċier ta’ 61 sena minn Ħal Qormi weġġa’ gravi f’inċident li seħħ fil-Furjana.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar fi Triq Nazzjonali, qrib Bieb il-Bombi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post marru l-Pulizija, li mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn karozzin li fuqu kien hemm il-kuċċier u karozza, misjuqa minn raġel ta’ 31 sena li jgħix Bormla.
Fuq il-post mar ukoll tim mediku li ħa lir-raġel l-isptar.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.