Kuċċier ta’ 49 sena li joqgħod in-Naxxar weġġa’ gravi wara inċident fin-Naxxar stess.
L-inċidnt seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-erbgħa ta’ waranofsinhar, fil-limiti ta’ Baħar iċ-Ċagħaq.
Il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident li fih kien involut żiemel u marret minnufih fuq il-post.
Mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li għal xi raġuni l-kuċċier, waqa’ minn fuq ix-xarretta.
Tim mediku ta l-assistenza u r-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin