Kuċċier ta’ 70 sena mill-Gudja ndarab gravi wara li waqa’ minn fuq ix-xarretta, konsegwentement, iż-żiemel ħarab iżda ġie kkontrollat minn xi nies.
L-inċident seħħ illum għall-ħabta tal-għaxra u kwart ta’ filgħodu fi Triq Victor Pasmore, il-Gudja.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Tim mediku ta l-assistenza u r-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.