Kuċċier baqa’ jinżamm arrestat wara li allegatament f’okkażjonijiet diversi dan ix-xahar wettaq numru ta serqiet u instab li fil-pussess tiegħu kellu arma.
Kersten Catania ta’ 25 sena mill-Marsa kien akkuzat b’serq aggravat f’ħames okkazjonijiet li fihom mara sofriet minn ġieħi ħfief u mara oħra inzammet kontra ir-rieda tagħha.
Is-serqiet jinkludu waħda fid-19 ta’ Jannar minn spiżerija f’Ħal Qormi, żewġ serqiet oħra fil-15 u d-29 ta’ Jannar minn Confectionery f’Ħal Qormi u żewġ serqiet oħra fil-21 u 28 minn klabb fil-Marsa.
L-akkużat huwa magħruf sewwa mal-pulizija dwar kazijiet simili ta’ serq tant li kien taħt probation. Filfatt kien akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijet ta’ probation.
L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkuzzi fil-konfront tiegħu. L-akkużat talab għall-ħelsien mill-arrest għax it-tfajla se jkollha tarbija u xtaq li jkun prezenti għat-twelied.Izda l-ispettur f’dan il-kaz qal li l-akkużat qalu li tarbija fix-xhur li ġejjien .