Kuba ħabbret li se tippermetti li negozji privati jaħdmu fil-biċċa l-kbira tal-industriji, f’dik li hija riforma kbira għall-ekonomija tal-pajjiż ikkontrollata mill-istat.
Il-Ministru Komunista tal-pajjiż Marta Elena Feito qalet li l-lista ta’ industriji awtorizzati espandiet minn 127 għal aktar minn 2,000.
Hija qalet li minoranza biss ta’ industriji tkun riżervata għall-istat.
L-ekonomija tal-pajjiż ntlaqtet ħażin ħafna mill-pandemija u mis-sanzjonijiet tal-Istati Uniti li ġew introdotti mill-amministrazzjoni ta’ Trump.
Is-sena l-oħra l-ekonomija ta’ Kuba naqset bi 11%, l-agħar rata ta’ tnaqqis fi kważi tliet deċenji fejn bosta Kubani affaċċjaw nuqqasijiet anke ta’ oġġetti bażiċi.