Kontroversja sħiħa qamet fl-Indja wara li ktieb tal-iskola issuġġerixxa li t-tfal jagħmlu esperiment li fih jifgaw lill-qtates.
Il-ktieb, li jintuża f’mijjiet ta’ skejjel privati, fih esperiment tax-xjenza li fih żewġt’iqtates żgħar jitpoġġew f’żewġ kaxxi, iżda waħda minnhom biss għandha toqob għall-arja.
Attivisti qed jargumentaw li dan huwa esperiment ta’ periklu kbir – mhux biss għall-anniali iżda anke għat-tfal. Ħafna skejjel spiċċaw qattgħu din il-paġna għall-kollox mill-kotba.
Il-pubblikatur wiegħed li mhux se jerġa’ jippublika xi ħaġa hekk fl-edizzjonijiet li jmiss.