Tnieda ktieb bl-isem ta’ ‘Diplomazija Għat-Tfal’ waqt attività ġewwa l-iskola medja San Nikola fir-Rabat. Matul din l-attività, inqraw siltiet minn dan il-ktejjeb li fih laqta ta’ storja, ġeografija u fatti interessanti oħra dwar l-ispettru diplomatiku.
Il-ktieb jinkludi tagħrif fuq l-istorja tad-diplomazija mal-Ewropa kif ukoll lill hinn, filwaqt li jispjega r-relazzjonijiet bejn Malta u pajjiżi oħra. Fl-istess ħin jippromovi l-ħidma ta’ pajjiżna li tista’ ssir fil-qasam diplomatiku fost oħrajn.
Il-Ministru responsabbli għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, Ian Borg, faħħar il-ktieb, li huwa wieħed minn tal-ewwel xorta tiegħu, u li jagħti perspettivà unika sabiex wieħed jifhem aħjar kif taħdem Ambaxxata, x’inhu l-irwol tal-Ambaxxatur, x’inhi strateġija diplomatika, konsulat u ħafna aktar.
Fi tmiem it-tnedija ta’ dan il-ktieb l-istudenti kellhom ukoll l-opportunità li jsaqsu lill-Ministru u Ambaxxatur Kenneth Vella fuq l-irwoli fi ħdan id-diplomazija li rringrazzja lil kull min kien involut fil-proġett filwaqt li ħeġġeġ lit-tfal biex jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom u jibdew karriera fid-diplomazija u jservu lill-pajjiż.