Il-Maltin: Għemilhom, Drawwiethom, Ġrajjiethom huwa ktieb ta’ rakkonti tal-ħajja ta’ Maltin u Għawdxin li twieldu fl-ewwel għoxrin sena tas seklu l-ieħor.
Ktieb li hu l-ewwel volum mill-pinna ta’ Steve Borg u l-vuċi ta’ Maltin, Għawdxin u sahħansitra nies minn Kemmuna. Tispikka ħajja sempliċi tan-nisa ta’ dak iż-żmien, rġiel li taw servizz fis-servizzi Ingliżi. Ktieb li ħa erbatax-il sena biex jinkiteb u dan għaliex hu bbażat fuq għadd ta’ intervisti ma’ Maltin li sfortunatament ħafna minnhom m’għadhomx magħna.
Il-ktieb huwa mera tas-soċjetà Maltija li tiskopri s-sehem li taw, minn xiex għaddew minnu u xogħol li kienu jagħmel u li sfortunatament spiċċaw. Il-ktieb sar bl-għajnuna tal-Fondazzjoni Valletta 18.
Ic-Chairman tal-fondazzjoni Jason Micallef stqarr li dan hu legat li Valletta 18 trid tħalli warajha, legat ta’ memorja li tista’ ssir referenza għaliha. Il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat stqarr li dan huwa xogħol uniku li konna neqsin minnu.
Huwa mod ta’ memorja kollettiva qal il-Prim Ministru. F’dan l-isfond Joseph Muscat qal li wasal iż-żmien li l-memorja tkun pereservata u għalhekk tajjeb li tingħata attenzjoni lejn l-arkivji li xxandru u li tiġi iddiġitalizzata.