Id-Dwana ta’ Malta ippublikat ktieb bl-isem ‘The EU Customs Union @50 – Concept to continuum’. Bis-sehem ta’ 32 kontributur minn madwar id-dinja l-ktieb jitratta l-evolviment tal-customs union f’ħamsin sena. Dan filwaqt li turi teoriji dwar il-futur tad-dwana Ewropea. Id-direttur għall-affarijiet internazzjonali tad-dwana Maltija, Ian Muscat saħaq li l-idea nibtet hekk kif id-dwana riedet li bl-inizjattiva tagħha ma tolqotx biss lil pajjiżna iżda tagħmel xi ħaġa li tista’ tintuża madwar l-Ewropa.
Filfatt il-ktieb se jkun imqassam madwar il-pajjiżi Ewropej. Id-Direttur Ġenerali tat-taxxa u l-customs union mill-Kummisjoni Ewropea wkoll irringrazzja lid-Dwana Maltija għal din l-inizjattiva li tiċċelebra l-anniversarju tal-ħamsin sena ta’ customs union.
Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-ħamsin sena unjoni tad-Dwana fin-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu biswit il-Parlament uffiċjali tad-Dwana minn sezzjonijiet differenti qed itellgħu esebizzjonijiet informattivi dwar ix-xogħol tagħhom. Fosthom qed tagħti esebizzjonijiet il-unit il-ġdida tal-klieb tad-Dwana li qed jagħmlu eżerċizzji ta’ tiftix quddiem dawk preżenti.