Tnieda l-ktieb Gozo Mediterranean Colours, European Dream.
Ktieb li nħareġ wara inizjattiva tal-Ministeru għal Għawdex, u li hu meqjus li se jkun vetrina għall-gżira Għawdxija fuq pjattaforma internazzjonali.
Dwar l-istorja u s-sbuħija li kapaċi toffri l-gżira Għawdxija jinħarġu ħafna kotba – madankollu l-ktieb jiffoka li jippreżenta anke aspetti li f’pubblikazzjonijiet oħra ħafna drabi jintesew jew jingħataw il-ġenb.
Fuq kitba ta’ Joe Bezzina, l-għan ta’ dan il-ktieb hu li l-qarrejja jingħataw stampa ċara ta’ x’kapaċi toffri Għawdex.