Il-Gvern Tork qed iżomm iktar minn 10,000 persuna taħt arrest b’ rabta mal-attentat kolp ta’ stat, f’kundizzjonijiet li skont Amnesty International imorru kontra d-drittijiet fundamentali tal-bniedem.
Għaldaqstant l-organizazzjoni qed titlob biex osservaturi indipendenti jitħallew jidħlu fiċ-ċentri ta’ detenzjoni, kemm dawk uffiċjali u anka dawk mhux uffiċjali.
Amnesty International qed tirrapporta li l-Pulizija f’ Ankara u Istanbul qed tittortura u tistupra uħud minn dawk miżmuma, filwaqt li oħrajn qed jitħallew bil-ġuħ, bil-għatx u mingħajr attenzjoni medika- għaġir li jmur totalment kontra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, li t-Turkija qablet magħhom.
Fil-jiem li għaddew, il-gvern Tork għamel użu mid-drittijiet mogħti taħt stat t’emerġenza biex tawwal iż-żmien li fih jistgħu jinżammu n-nies bla ma jkunu akkużati b’ reat għal tletin jum.
Mal-Imħallef Emeritu tal-Qorti Ewropea għad-Drittijet tal-Bniedem, Giovanni Bonello, tkellimna dwar dak li ddeskriva bħala ‘reazzjoni sproporzjonata’.
https://youtu.be/EHFGx2_pZ-Y