Krystyna Pyszková mir-Repubblika Ċeka rebħet il-konkors ta’ Miss World 2024.
120 tfajla minn madwar id-dinja ħadu sehem fil-71 edizzjoni ta’ Miss World biex waħda minnhom ġiet nkurunata fil-finali.
ONE xandar b’mod esklussiv din il-kompetizzjoni li saret fl-Indja.
Fost dawn il-120 tfajla, kien hemm rapreżentanta Maltija; Natalia Galea.
Il-preparazjionijiet ta’ Miss World bdew fit-18 ta’ Frar fejn il-kontestanti kollha, fosthom ir-rappreżentanta Maltija ngħaqdu biex jieħdu sehem f’diversi attivitajiet li jinkludu; Sports Challenge, Head to Head Chanllenge, Talent Challenge, Top model Challenge, Beauty with A Purpose, Multimedia challenge u diversi intervisti li saru ma’ ġurnalisti, fejn Natalia Galea rnexielha tikwalifika mat-23 finalisti għat-talent.