Żewġt Kroati ta’ 27 u 42 sena nżammu arrestati wara ġlieda waqt li kienu xurbana f’San Pawl il-Baħar.
L-akkużati kienu mixlija li kissru l-paċi pubblika u anke għax kienu fis-sakra.
Fil-Qorti ntqal kif il-Kroat ta’ 27 sena wara l-ġlieda allegatament mar f’appartament u kisser kull ma sab quddiemu.
Huwa kien mixli li kkawża ħsara fuq oġġetti li jiswew €2,500.