Andrea Popovic, Kroat ta’ 28 sena nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat bi traffikar ta’ droga kokaina.
Il-Prosekuzzjoni, spjegat kif waqt spezzjoni f’Paceville mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga innotaw li l-akkużat kien qed iġib ruħu b’mod suspettuż. Minnufih wara tfittxija allegatament instabu fuqu 14-il borża ta’ droga kokaina.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sussegwentament, instabu wkoll 28 borża droga kokaina, wara tfittxija li saret fid-dar tiegħu fin-Naxxar.
Quddiem il-Maġistrat Noel Bartolo, l-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.