Il-President tal-Brażil Jair Bolsonaro qed jaffaċċja l-ikbar kriżi tul il-Presidenza tiegħu, wara li l-kapijiet tal-armata, u tal-forza navali u tal-ajru rriżenjaw, fl-istess waqt li l-pajjiż irreġistra l-ogħla rata ta’ mwiet f’ġurnata waħda kawża tal-COVID-19.
Ir-riżenji qed jitqiesu bħala mossa ta’ protesta fil-konfront ta’ Bolsonaro għall-kontroll żejjed fuq l-armata.
Ir-reputazzjoni tal-President ħadet daqqa ’l isfel fl-aħħar xhur, għall-mod kif amministra l-pajjiż tul l-imxija.
Fil-Brażil mietu bil-COVID-19 kważi tliet mija u erbatax-il elf persuna, bir-rekord f’jum wieħed intlaħaq it-Tlieta.