Il-President tal-Venezuela Nicolas Maduro ddikjara li l-Partiti ewlenin tal-Oppożizzjoni mhux se jkunu jistgħu jikkontestaw fl-elezzjonijiet Presidenzjali tas-sena li ġejja.
Dan sar wara li l-partiti, Justice First, Popular Will u d-Democratic Action ddikjaraw li għamlu bojkott tal-vot fl-elezzjonijiet tas-sindki wara li qalu li s-sitstema elettorali qed tifavorixxi lil Maduro.
F’diskors li għamel il-Ħadd filgħodu, Maduro qal li l-Oppożizzjoni sparixxiet mix-xena politika tal-pajjiż. Madankollu l-partiti tal-Oppożizzjoni akkużaw lil Maduro li qed imexxi bi stil dittatrojali.