“L-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista dwar l-Air Malta hija stqarrija ta’ partit li m’għandu ebda soluzzjonijiet għall-kumpanija.” Din kienet ir-reazzjoni tal-Partit Laburista għall-istqarrija li ħareġ il-Partit Nazzjonalista li fiha kkritika l-ħidma tal-Gvern li qed tħalli l-frott mixtieq fl-Air Malta.
L-istqarrija tal-Partit Laburista inutat li saħansitra, il-firmatarju tal-istqarrija kien parti mill-gvern li daħħal lil din il-kumpanija fi sqaq.
Il-Gvern preżenti qed joħroġ b’soluzzjonijiet li għandhom jigarantixxu impjieg għall-ħaddiema u ġejjieni għall-kumpanija.
“Iżda, minflok jirrikonoxxi dan, il-Partit Nazzjonalista jrid ikun biss partiġjan b’mod li juri li mhu qed jinbidel xejn.”