Il-Gvern Ingliż ta’ Sir Keir Starmer qed jiffaċċja kritika kbira u anki fost il-partit tiegħu fil-Gvern hekk kif qed jipprova jikkonvinċi l-Membri Parlamentari fuq in-naħa tiegħu biex jivvutaw miegħu favur tnaqqis fin-nefqa soċjali fosthom fuq benefiċċji tad-diżabilità.
Starmer qal li din hi għażla diffiċli li r-Renju Unit se jkollu jieħu biex ilaħħaq mal-ispiża u se jkollu jnaqqas in-nefqa soċjali.
Il-kritika fil-Gvern hi waħda kbira iżda hu qal li hemm bżonn tnaqqis fin-nefqa soċjali biex ikabbar l-ekonomija u jlaħħaq mal-ispiża li qal li jrid jagħmel fid-difiża.
Din kienet għażla li kellu jagħmel il-Gvern Ingliż bejn l-infiq fl-armamenti u dik fis-soċjal partikularment fil-benefiċċji għall-persuni b’diżabilità.