Kristy Debono u Ċensu Galea huma l-kontestanti għall-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista. In-nomini għalqu llum u filwaqt li Ċensu Galea ilu li tefa n-nomina sa mill-ewwel jiem, Kristy Debono ħalliet għall-aħħar mumenti.
Debono, li hija parti mill-grupp tal-Kap Adrian Delia, tant li żewġha ċedilu s-siġġu qalet li trid Partit Nazzjonalista iktar b’saħħtu u li jkun dejjem aktar ta’ servizz għan-nies.
Enerġija, entużjamu u lealtà hija l-għajta tagħha.
Filwaqt li lil Ċensu Galea wegħditu kampanja ta’ rispett bejn żewġt iħbieb. Xi ħaġa li ma tantx rajna bħala fil-Partit Nazzjonalista.