Is-sieħba tal-Eks Kap Simon Busuttil kompliet bl-attakki insolenti u dispreġjattivi tagħha.
Wara attakk sfrenat appoġġjat minn Simon Busuttil u l-Oppożizzjoni fuq is-Supretedent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, din id-darba kienet il-Furjana, il-Furjaniżi u l-Ministru tal-Ambjent Aaron Farrugia li spiċċaw fil-mira tagħha.
F’kitba tagħha fuq it-Times, Kristina Chetcuti ppolitiċizzat proġett ambjentali propost għal Triq Sant’Anna fil-Belt tal-Furjana.
B’rabta ma’ dan il-proġett Chetcuti attakkat lill-Ministru Aaron Farrugia hekk kif iddeskrivietu bħala Ministru bla sinsla u li jilgħabha tal-ambjentalist.
Qablitu wkoll ma’ Far il-Ġebel Amerikan li huwa speċi ta’ annimal gerriemi bl-Ingliż magħruf bħala “rodent.”
Intant il-Furjana, Kristina Chetcuti insulentatha wkoll u b’mod sarkastiku qabblitha mat-triq prinċipali ta’ Champs- Élysées li ta’ kuljum tkun mimlija karozzi u kummerċ bl-ammont ta’ turisti li tiġbed lejha.
B’rabta ma’ dan l-attakk kienu bosta li rreaġixxew fosthom il-Ministru Aaron Farrugia nnifsu hekk kif sostna li huwa m’għandux bżonn il-pariri tipiċi ta’ Kristina Chetcuti u li waslu aktar minn xahar tard.
B’rabta ma’ dan il-proġett propost qal li l-investigazzjonijiet ġeotekniċi jinsabu għaddejjin.
Irreaġixxiet ukoll is-Sindku tal-Furjana, Davina Sammut Hili hekk kif sostniet li dan il-proġett mhux wieħed li kemm taqbad u tħawwel siġra f’nofs ta’ triq kif jien jagħmel l-istess sieħeb ta’ Kristina Chetcuti Simon Busuttil u l-eks Ministru George Pullicino.
Qalet ukoll li taħt tmexxija ta’ Gvern Laburista u Kunsill Lokali mmexxija minn Sindku Laburista, fil-Furjana saru ħafna proġetti importanti li jvarjaw minn toroq residenzjali sa proġetti ta’ tisbiħ u rinovar f’diversi ġonna.
Dione Borg mill-Partit Nazzjonalista u li huwa mill-Furjana kkundanna wkoll il-kummenti dispreġjattivi ta’ Chetcuti hekk kif sostna li dawn iweġġgħu.
Qal li l-kummenti kienu inġusti u li juru nuqqas ta’ għarfien bażiku tal-istorja tal-Furjana. Stedinha wkoll għal-lecture dwar l-istorja tal-Furjana.
Jekk xejn ikkumenta wkoll wieħed mill-periti li ppropona dan il-proġett, Ian Camilleri. Qal li hu u t-tim tiegħu jiddistakkaw ruħhom kompletament mill-artiklu ta’ Kristina Chetcuti hekk kif spjega li qatt ma kienu kkonsultati dwaru.
Qal li dan il-proġett m’għandux jintuża għal skopijiet partiġġjani filwaqt li sostna li jinsab sodisfatt li l-istudji dwar dan il-proġett għaddejjin ġmielhom.
Il-Perit, li Kristina Chetcuti kwotat, qalilha li l-artiklu tagħha huwa raġuni prinċipali għala mbagħad ċertu proġetti jispiċċaw ma jsirux.
Qal li huwa kuntent li l-istudji bdew għaddejjin biex dan il-proġett isir.