Il-midfielder internazzjonali Malti ta’ Hibernians Bjorn Kristensen mistenni li jiġi operat f’Londra illum minħabba tiċrita f’muskolu.
Kristensen tilef l-aħħar parti tal-kampjonat minhabba lis-stess injury u ghalhekk ma kienx għad-dispozizzjoni tal-kowċ Mario Muscat fl-aħħar parti tal-Kampjonat.
Huwa mistenni li jdum 10 ġimgħat biex jirkupra u jista’ jkun jitlef l-ewwel parti tal-Kampjonat 2018 / 2019.