Raġel ta’ 48 sena residenti Ħad-Dingli sofra ġrieħi gravi wara li nqaleb bi krejn waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol ta’ kostruzzjoni. Ir-raġel waqa’ għoli ta’ madwar seba’ filati, iżda rnexxielu joħroġ waħdu mill-kabina.
L-inċident seħħ dalgħodu, għall-ħabta tat-8:30, fi Triq il-Bidnija, iż-Żebbiegħ.
Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll ambulanza sabiex jassistu lill-vittma. Huwa ittieħed minnufih l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.