Il-Gvern se jżid il-kreditu fit-taxxa għall-ġenituri ta’ persuni b’diżabilità li jieħdu servizz f’terapija għal uliedhom.
Dan f’eżempju ta’ ġenituri ta’ tfal bl-awtiżmu.
Issa bil-Baġit imħabbar, ġenituri ta’ tfal b’diżabilità li jmorru b’uliedhom għal terapija se jibdew jieħdu €500 flok €200, jiġifieri żieda ta’ €300.
Sadanittant il-Gvern se jkompli jgħin u jsaħħaħ għajnuna oħra għall-persuni b’diżabilità.
Fil-fatt se jonfoq €1 miljun aktar favur l-indipendenza tal-persuni b’diżabilità u biex dawn jgħixu fil-komunità.
In-nefqa totali għal assistenti personali lill-persuni b’diżabilità se titla’ minn €4.2 miljun fis-sena għal €5.2 miljun fis-sena.