“Erba’ snin ilu meta ġejt nżurkom il-problema kienet il-kontijiet..illum din m’għadhiex teżisti. Kontu kellimtuni wkoll fuq il-problema tal-prekarjat u kontu tgħiduli li l-Gvern donnu jisponsorja l-prekarjat. Issa se nindirizzaw il-prekarjat fil-privat ukoll.” Qal dan il-Prim Ministru Joseph Muscat waqt żjara għand il-General Workers’ Union.
Muscat qal li erba’ snin ilu kelmuh fuq il-ħtieġa li jiżdiedu d-drittijiet bħall-Korpi Dixxiplinati u l-Pulizija. Illum l-ħolm ta’ erba’ snin ilu sar realtà u dan huwa xhieda tal-avvanz li sar fejn qal li dan sar għax dak li jintqal ma jibqax fuq il-karta u “dan juri li għandna kredibilità.”
“Għaliex ħdimna bilgħaqal, irnexxielna li għall-ewwel darba nżidu l-pensjonijiet u wara 27 sena nżidu wkoll il-paga minima. Id-diskussjonijiet dwar il-miżuri ma setgħux isiru erba’ snin ilu dan minħabba li l-ekonomija kienet staġnata. Illum il-problema fil-postijiet tax-xogħol saret kif se jinstabu biżżejjed ħaddiema għax-xogħol li hawn. Din xhieda oħra ta’ kemm l-affarijiet inbidlu,” qal dan il-Prim Ministru