Il-ps4 National Premier League ta’ West Australia intrebaħ minn Perth SC f’dan tmiem il-ġimgħa.
Fl-aħħar logħba tan it-tim rebaħ lil Sorrento FC, bl-iskor ta’ 1-0. L-uniku gowl tal-logħba kien skorjat mill-captain Daryl Platten.
Dan kien league iehor f’art imbegħda li mhux normalment isib postu fl-aħbarijiet lokali Maltin, li kieku ma kienx għall-kowċ ta’ Perth SC, li huwa l-Malti Ramon Falzon.
Falzon, li ilu l-Awstralja għal dawn l-aħħar seba’ snin, ingħaqad ma’ Perth SC dan l-istaġun wara sentejn ma’ Balcatta FC. Hu ngħaqad ma’ Perth SC bħala assistent ta’ Gareth Naven, li fil-bidu ta’ Ġunju kien offrut il-post ta’ kowċ ta’ Melbourne Victory.
L-istess Naven issuġerixxa li Falzon jeħodlu postu fit-tmun tat-tim. Dak iż-żmien it-tim kien jinsab fit-tielet post. It-triq kienet twila u għat-telgħa bl-isfida tkun waħda kbira kemm għal Falzon u anke għall-plejers pero fl-aħħar mill-aħħar kienu Perth SC li ħarġu bl-unuri.