Għall ħabta tal-10:00AM, kowċ baqa dieħel f’ ċint f’ Wied iż-Żurrieq wara li x-xufier tilef il-kontroll.
Jidher li fortunatament ħadd ma weġġa f’dan l-inċident, iżda fuq il-post issejaħ tim mil-Protezzjoni Ċivili li qed ineħħi ż-żejt li ħareġ mill-vettura biex jiġi evitat il-periklu.
Il-Pulizija mill-Għassa taż-Żurrieq għaddejin bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.