Saret l-ewwel laqgħa virtwali bejn il-Presidenti tal-Istati Uniti u ċ-Ċina.
Il-laqgħa bejn Joe Biden u Xi Jinping saret fi żmien ta’ tensjoni bejn iż-żewġ pajjiżi fuq kwistjonijiet bħall-kummerċ, id-drittijiet tal-bniedem u t-Tajwan.
Il-President Amerikan qal li ż-żewġ pajjiżi għandhom responsabbiltà biex jassiguraw li r-rivali tagħhom ma jagħtix bidu għal kunflitt miftuħ.
Dawn id-diskussjonijiet online huma l-aktar sostanzjali li kellhom iż-żewġ mexxejja mindu Biden ħa t-tmun tal-Amerka f’Jannar.
Kelliema għall-Ministeru tal-Affarijiet Barranin taċ-Ċina ddeskriviet il-laqgħa bħala waħda kostruttiva u produttiva, li għenet biex iżżid ftehim komuni.