Id-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina se jiġi sostitwit mid-Deputat Nazzjonalista ieħor Beppe Fenech Adami fil-Kumitat Parlamentari għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika.
Dan biex jiġi diskuss rapport li ġie ffirmat min ħu Karol Aquilina.
Ilbieraħ waqt laqgħa tal-istess kumitat parlamentari, Karol Aquilina baqa’ jsostni li m’għandux kunflitt ta’ interess li jkun preżenti f’dan il-kumitat waqt li kien se jiddiskuti rapport li kien iffirmat minn ħuh, Robert Aquilina, il-President tal-għaqda Repubblika.
Madankollu dalgħodu fil-Parlament, il-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis f’isem id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, li huwa l-Leader of The House, ressaq mozzjoni sabiex flok Karol Aquilina, ikun hemm Beppe Fenech Adami.
Fil-Parlament din il-mozzjoni għaddiet.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/03/23/karol-aquilina-ma-jarax-kunflitt-ta-interess-li-jiddiskuti-rapport-iffirmat-minn-huh/