Conchita Wurst kienet kostretta tiżvela li hija mmarkat pożittiva għal HIV qabel mal-eks sieħeb tagħha kien se jiżvela s-sitwazzjoni tar-rebbieħa tal-Eurovision Song Contest 2014.Il-kantanta Awstrijaka li għamlet ħoss wara r-rebħa tagħha fid-Danimarka, qalet li ilha bil-virus tal-HIV għal numru ta’ snin iżda ħasset li għandha taqsam l-aħbar biss ma’ familtha u ma’ dawk li kienet f’rapport sesswali magħhom.
Conchita għadha popolari fix-xena tal-Eurovision u ta’ spiss tkun mistiedna f’avvenimenti marbuta ma’ dan il-festival. Hija spjegat li qed tgħix ħajjitha b’mod normali minkejja li tinsab bil-virus tal-HIV.