Minn Marzu li ġej, ħmistax-il student se jkollhom l-opportunità li jiggradwaw bħala interpreti fil-lingwa Maltija tas-sinjali. Dan huwa l-ewwel kors tax-xorta tiegħu f’pajjiżna u se jsir b’investiment ta’ sittin elf ewro bħala parti mill-miżuri mħabbra fil-budget għal din is-sena.
Il-Professur Marie Alexander qalet li dan il-kors se jimbotta ‘l ħajja ta’ persuni neqsin mis-smigħ, hekk kif se jagħtihom l-opportunità li jsibu interpreti kwalifikati biex jgħinuhom f’ħajjithom.
Min-naħa l-oħra, is-Segretarju Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità, Anthony Agius Decelis, qal li din l-inizjattiva tagħmel parti mill-miżuri mħabbra fil-baġit għal din is-sena u sseddaq il-politika tal-Gvern dwar l-inklużjoni ta’ persuni b’diżabilità fis-soċjetà Maltija.
Fl-aħħarnett, ir-Rettur tal-Università ta’ Malta, Alfred Vella, qal li waqt fl-imgħoddi, l-Università kienet tiġi kkritikata bl-aħrax, u deskritta bħala istituzzjoni maqtugħa mill-kumplament tal-pajjiż, kors bħal qed juri li dan m’għadux il-każ.
L-applikazzjonjijiet għall-kors li se jibda f’Marzu li ġej jagħlqu fis-sbatax tax-xahar.