Iffirmat ftehim bejn l-Universitá ta’ Malta u d-Direttorat għall-Affarijiet dwar id-Diżabilitá sabiex minn Ottubru li ġej fl-Università ta’ Malta jibda jingħata kors fuq bażi part-time u se jkun miftuħ għall-impjegati tal-Aġenzija Sapport kif ukoll għall-impjegati ta’ għaqdiet volontarji li jaħdmu fil-qasam tad-diżabilitá.
Preżenti għal dan l-iffirmar kien hemm il-Ministru għall-Inklużjoni Julia Farrugia Portelli li saħqet fuq l-importanza li persuni b’diżabilitá jingħataw servizz ta’ kwalitá, u li għalhekk l-impjegati, li ta’ kuljum jaħdmu ma’ persuni b’diżabilità, se jingħataw l-għodda neċessarja.
Ir-Rettur tal-Universitá ta’ Malta, il-Professur Alfred Vella qal li l-Universitá ser tkompli tinvesti f’inizjattivi, sabiex toffri servizz għas-soċjetá. Filwaqt li d-Dekan tal-Fakultá għat-Tisħiħ tas-Soċjetá, il-Professur Andrew Azzopardi, qal li permezz ta’ ftehim mal-Universitá ta’ Malta u l-Ministeru għall-Inklużjoni, ser jiġu pprovduti korsijiet oħra.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jiksibha fuq https://bit.ly/3RbvFfP