Il-kors kien immirat biex jgħin għalliema fl-iżvilupp professjonali tagħhom u sar ma’ 46 għalliem tal-Ingliż fl-iskejjel tal-istat. Dan it-taħriġ sar mill-English Language Teaching Council.
Dan il-kors ipprovdiehom b’opportunità biex jattendu sessjonijiet dwar kif wieħed jista’ jgħallem Ingliż bażiku fi skejjel sekondarji. Din hija l-isfida ta’ dawn l-għalliema ta’ kuljum fejn fost punti li tqajmu kien hemm li spiss jiltaqgħu ma’ studenti li għandhom livell baxx fl-Ingliż.