Filwaqt li fl-Universitá ta’ Malta fil-kors tal-interpretazzjoni mużikali u kulturali noffru credit li jitratta l-Eurovision, fl-Universitá ta’ Washington ġie introdott kors dwar l-effetti kulturali tal-kantant Kanye West. Il-kors jismu “Politics of Kanye West: Black Genius and Sonic Aesthetics”, li se jkun qed jitmexxa mill-Professur Dr Jeffrey McCune.
F’dan il-kors, l-istudenti se jkunu qed jitgħallmu dwar kif il-kantant West influwenza d-dinja mużikali tal-hip hop, li skont il-Professur se jkun qed jgħin lil dawk li jsegwu dan il-kors biex jesploraw suġġetti oħra.
McCune jemmen li dan il-kors huwa essenzjali biex l-istudent jitgħallem ir-relazzjoni bejn il-politika, r-razza, l-ġeneru, s-sesswalitá u l-kultura. Jemmen ukoll li dan huwa ż-żmien addattat biex jibda dan il-kors hekk kif West, fi kliemu, jinsab fl-aqwa tiegħu.
“Kont naf li l-istudenti tiegħu dejjem interessaw ruħhom f’Kanye, dejjem jirrefferu għall-mużika tiegħu u l-mod ta’ kif jilbes. Allura nemmen li dan huwa l-aktar żmien addattat biex nibdew nieħdu lil West bis-serjetá u nużawh bħala ikona tal-kultura,” spjega l-Professur.