Korrispondenza li tmur lura għall-2010 u li ġiet ippubblikata fuq il-Kullħadd turi li l-amministrazzjoni Nazzjonalisa kienet qed tipprova tikkonvinċi lil Huawei tiġi Malta.
Jirriżulta li għal dan il-għan saru wkoll żjarat fiċ-Ċina li kienu segwiti b’korrispondenza tal-eksMinistru Austin Gatt bil-għan li tal-Huawei jiftħu l-uffiċċju reġjonali f’Malta.
Il-Kullħadd qalet li l-istess uffiċjju li nhar it-Tnejn kien deskritt bħala “biċċa uffiċċju” mid-Deputat Charlo Bonnici li bħall-Kap tiegħu Simon Busuttil, anke fuq dan l-investiment kien negattiva.
Iżda l-korrispondenza li ppubblikat il-Kullħadd tixhed li dan “il-biċċa uffiċċju” kien xewqa kbira ta’ amministrazzjoni preċedenti.
Aktar dettalli fil-Kullħadd