Kor magħmul minn 40 membru bl-isem Voca Choir ser ikun qed itella’ kunċert bi stil bejn gospel u pop b’risq Puttinu Cares.
Ta’ kull sena il-kor Voca jħejji avveniment għal karità u jipparteċipa wkoll f’avvenimenti bħal Fun Run tal-President.
Crew ta’ One News żar il-preparamenti għal dan l-avveniment f’Birkirkara fejn seta’ jsegwi kant mill-isbaħ b’korjografija li takkumpanja l-mużika.
Id-direttriċi ta’ dan il-kor, Nathalie Camilleri, spjegat kif dakinhar ser jiġu kantati 22 kanzunetta.
“Dan il-kunċert ser ikun jikkonsisti minn 22 kanzunetta li huma live u anke għandna live band magħna. L-għan tiegħu huwa li ngħinu lil Puttinu,”
Camilleri spjegat ukoll kif apparti kanzunetti ta’ stil gospel u pop, ser ikun inkluż ukoll element klassiku.
“Iktar bbażajna fuq pop din id-darba. Peró pop imħallta bil-gospel ħafna minnhom u hemm ukoll biċċa klassika wkoll biex nilħqu lil kulħadd.”
Camilleri elenkat iktar dettalji dwar dan l-avveniment.
“Il-biljetti jistgħu jinxtraw fuq showshappening.com. Il-kunċert ser isir fil-24 u l25 ta’ Mejju, ħmistax oħra, Sir Temi Żammit Hall l-Universitá.”