Mill-ewwel ta’ Jannar tas-sena d-dieħla, l-għotja fuq spejjeż tat-tieġ se titla’ minn €2,000; żieda ta’ €250. Il-Ministru Edward Scicluna spjega kif wasal iż-żmien li din l-massimu ta’ rifużjoni li koppja tingħata fuq spejjeż ta’ tieġ tiġi aġġustata. Spjega kif l-aħħar darba li din ġiet aġġustata kien lura fl-2014.