Koppji fi New Zealand li jkollhom korriment fit-tqala se jkunu eliġibli għal leave apposta grazzi għal liġi li għadha kif għaddiet mill-Parlament.
Dan tressaq mill-Membru Parlamentari Ginny Andersen, li qalet li din il-liġi l-ġdida se tagħti ċans lill-koppji jgħaddu minn dan iż-żmien diffiċli fil-ħin tagħhom, mingħajr ma jaħdli mis-sick leave tagħhom.
Il-liġi tgħodd ukoll għall-ġenituri ta’ tfal adotatti.
Qed ikun irrapportat li New Zealand huwa t-tieni pajjiż fid-dinja li ntroduċa din il-liġi wara l-Indja.