Għaxar koppji anzjani li kienu mifrudin minn xulxin sa fl-aħħar ingħaqdu lura flimkien. Dan hekk kif illum ġew inawgurati il-wards tal-koppji fir-residenza ta’ San Vinċenz u dan sar b’investiment ta’ nofs miljun ewro.
Dawn huma t-tieni wards li ġew inawgurati f’temp ta’ ftit xhur.
Waqt din l-inawgurazzjoni s-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana sostniet kif din hi vera d-dinjità li jistħoqilhom dawn l-anzjani fejn għal snin twal dawn l-anzjani kienu mifrudin minn xulxin u issa reġgħu ngħaqdu.