Raġel ta’ 68 sena u mara ta’ 64 sena, it-tnejn residenti Ħaż-Żebbuġ, sofrew xi ġrieħi wara li ntlaqtu minn karozza li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 59 sena residenti Ħaż-Żebbuġ ukoll.
Dan wara li l-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn assistenza fi Vjal il-Ħelsien, f’Ħaż-Żebbuġ, għall-ħabta ta’ tmienja ta’ filgħodu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet liż-żewġ persuni l-Isptar Mater Dei għal kura.
Aktar tard, il-mara ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi filwaqt li r-raġel sofra ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.