Koppja li tilfet it-tarbija tmien snin ilu fl-Isptar Mater Dei, tilfet ukoll il-kawża li fetħet fil-Qorti minħabba li skada ż-żmien stipulat bil-liġi.
Ian Borg u Nicola Warrick fetħu l-kawża jilmentaw li t-Tabib Ġenerali tal-Gvern kien respnsabbli mill-mewt ta’ binhom, meta kien għad għandu sena u erbgħa xhur, lura fis-sena elfejn u tmienja.
It-tifel kien qed ibati bin-nifs, iżda x’ħin marru l-isptar it-tabib insista li ma kellux ghalfejn jibqa l-isptar u bagħtu d-dar.
Eventwalment l-ġenituri xorta waħda kellhom jerġgħu mmoru l-isptar għaxl-kundizzjoni tiegħu baqgħet sejra għall-agħar sakemm miet jumejn wara l-Milied ta’ dik is-sena.
Kien fl-2011 li talbu lit-Tabib Prinċipali tal-Gvern biex jagħtihom kumpens u fis-sena ta’ wara fetħu l-kawża iżda l-Imħallef qal li dan il-każ hu preskritt, minħabba li l-koppja ma mxietx maż-żmien stabbilit bil-liġi.