Wara investigazzjoni mil-Pulizija, koppja mil-Mosta ġew akkużati b’ħasil ta’ flus u evażjoni tat-taxxa u tressqu l-Qorti quddiem l-Maġistrat Victor Axiaq.
L-Ispettur Oriana Spiteri saħqet li kienet infurmata li l-koppja li għandhom xogħolijiet ta’ għalliem tas-sewqan u stilista tax-xagħar, kienu qed jixtru numru ta’ propjetajiet u jiddepositaw flejjes kbar fil-kontijiet bankarji tagħhom.