Koppja Maltija li toqgħod Birżebbuġa mietet f’inċident tat-traffiku waqt li kienet għal vaganza fl-Awstralja f’ħabta frontali ma’ trakk. Il-persuni huma Doreen Pulis ta’ 58 sena u r-raġel tagħha Lorry Pulis ta’ 57 sena,
Huma tilfu ħajjithom f’Sydney waqt li kienu btala għand ħu Doreen nfisha, li wkoll miet fl-inċident.
L-inċident sfortunat seħħ bejn karozza misjuqa minn ħu Doreen u trakk.
Ġew imsejħa 11-il ambulanza fuq il-post inkluż żewġ helikopters.
Jidher li kien hemm żewġ passiġġieri ohra fil-karozza: mara ta’ 54 sena liema mara damet maqbuda fil-karozza għal 20 minuta u ġiet meħlusa mill-paramediċi fejn jidher li kellha ġrieħi gravi fix-xewka tad-dahar u ksur f’sidirha. Kien hemm ukoll ragel ta’ 76 sena li ttiehed fl-isptar Liverpool f’Sydney, wara li huwa suspettat li sofra minn diversi ksur. Il-kundizzjoni ta’ dawn iż-żewġ persuni, madanakollu jidher li hija waħda stabbli.
Ix-xufier tat-trakk li għandu 59 sena ttiehed l-isptar ta’ Campbelltown għat-testijiet meħtiega.