Raġel miżżewweġ intbagħat il-ħabs fuq akkużi terroristiċi wara li pprova jmur fuq ġita lejn is-Sirja biex jingħaqad ma’ Daesh, ISIS. Iżda mhux hu biss ingħata sentenza ta’ ħabs, dan hekk kif martu li qed tistenna tarbija miegħu wkoll spiċċat f’ċella.
Ijaz Khan, ta’ 29 sena, ħejja pjan biex jingħaqad flimkien ma’ membru tal-familja ta’ martu li kien diġà ħarab mill-pajjiż lejn is-Sirja.
Khan kien arrestat fl-Ajruport ta’ Manchester wara li l-Pulizija rċevew informazzjoni li kien qed jippjana biex imur Ateni u wara minn hemm imur is-Sirja.
Il-Qorti semgħet kif kienet martu, Afsheen Khan ta’ 28 sena, li pprovdiet il-flus minn kont bankarju konġunt sabiex jixtri l-biljetti tal-ajru.
Ħuha ngħaqad ma’ Daesh met kellu biss 17-il sena wara li telaq minn Leeds u mar it-Turkija – mingħajr ma lissen kellma ma’ familtu.
F’Diċembru tal-2014 semgħu b’aħbaru, meta kellu biss 18-il sena, li nqatel wara attakk mill-ajru li sar fuq is-Sirja.
Iżda minflok kien se jingħaqad ma’ ħuha, Khan kien se joħodlu postu bħala membru tal-grupp terroristiku, Daesh.
Ijaz Khan ammetta li kien qed jipprepara biex iwettaq atti terroristiċi fejn intbagħat ħames snin ħabs.
Martu ammettiet li kienet sors ta’ għajnuna u ngħatat 35 xahar ħabs. Hi welldet l-isptar.