Koppja Ingliża, fosthom raġel għami, qed jallegaw li ġew attakkati waqt li kienu f’post tad-divertiment f’Buġibba.
Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija meta l-koppja, li f’post fuq Facebook sostnew li kienu qed jixorbu għall-kwiet, spiċċaw attakkati minn raġel Malti li kien fl-istess bar. Il-koppja spjegaw kif minkejja li l-bar kellhom kameras tas-sigurtà, sid il-bar qalilhom li ma kellux ċans jiċċekkja l-filmati dak il-ħin u se jkun qed jiċċekkja l-għada li seħħ il-każ.
Fuq il-post fuq Facebook kienu diversi persuni li taw parir lill-koppja biex jagħmlu rapport mal-Pulizija, bil-koppja ssostni li dak il-ħin iddeċidew li ma jagħmlux rapport mal-Pulizija hekk kif beżgħu mir-raġel li attakkahom hekk kif hu klijent regolari.
ONE News ikkonferma mal-Pulizija fejn qalu kif ma sar ebda rapport mal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ.